https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
It-tadam u ż-żebbuġ imħallat mal-ħut nej, stil tartare, jagħtu lil dan il-platt dik it-togħma sajfija. Tiddejjaq xejn tuża l-istess teknika għal kwalunkwe taħlita ta’ ingredjenti li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek.
Ibda billi tipprepara l-ingredjenti tiegħek: Qatta’ l-Aċċola f’kubi ta’ ċentimetru u poġġihom ġo skutella. Minnufih poġġi l-iskutella lura fil-friġġ jew fuq is-silġ, biex l-Aċċola tibqa’ kiesħa waqt li tkun qed tipprepara l-ingredjenti l-oħra.
Qatta’ t-tadam taċ-ċirasa żgħir ħafna. Neħħi l-għadma miż-żebbuġ u qattgħu f’dadi żgħir. Idħan il-kurrat salvaġġ u n-nagħniegħ. Poġġihom fuq platt żgħir biex imbagħad tużah meta tiġi biex tħawwar il-ħuta.
Ixwi l-ħobż sakemm jiħmar. Ħallih jibred ftit waqt li tkun qed tipprepara t-tartare tiegħek.
Fl-istess skutella, ħawwar il-ħut b’żewġ imgħaref żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u l-melħ. Ħawwad sew sakemm il-ħut kollu jkun miksi bit-taħlita.
Żid parti kbira mit-tadam, miż-żebbuġ u mill-ħxejjex aromatiċi tiegħek. Agħsar nofs il-lumija fuq it-taħlita u żid madwar kuċċarina tas-sumak u kwart ta’ kuċċarina fjokki tal-bżar aħmar.
Agħsar il-meraq minn kwart ta’ lumija u kompli ħawwad.
Duq u żid aktar minn liema ingredjent trid skont il-gosti tiegħek. Dejjem tista’ żżid aktar, iżda attent, għax jekk iżżid ħafna, l-unika mod li tnaqqas mit-togħma hija billi terġa’ żżid mill-ħut imqatta’.
Ippreżentah billi tqiegħed it-tartare fuq il-ħobż. Fl-aħħar, żid ftit żejt u ftit sumak fil-wiċċ.
Meta tmur tixtri ħut frisk u ta’ kwalità għolja mingħand tal-ħut, ipprova din ir-riċetta ħafifa u li tista’ tippreparaha fi ftit ħin. Avża lil tal-ħanut li ser tkun qed tiekol il-ħut nej, u ara li tpoġġih fuq is-silġ sakemm tippreparah.
EXPLORE VARIETY, EAT SUSTAINABLE FISH©2026