https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Ipprova din ir-riċetta Mediterranja: Aċċola mħawra u msajra fil-forn.
Felli għat-tul il-ħuta u naddafha. Żid il-flieli tal-lumi.
Ġo skutella, ħallat flimkien iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, it-tadam taċ-ċirasa, il-basla mqatta’, iż-żewġ sinniet tewm, it-tursin frisk u ż-żebbuġ iswed.
Poġġi l-Aċċola fuq tilar miksi b’Carta forno u ifrex l-ingredjenti tal-iskutella fuq il-ħuta. Għatti u ssiġilla bil-fojl.
Żid il-patata fuq it-tilar u aħmi fil-forn f’temperatura ta’ 180°C għal 20 minuta, u wara 10 minuta oħra mikxufa.
Waqt li l-Aċċola tkun qed issir, ipprepara ż-żejt tal-ħabaq billi tħallat ftit ħabaq frisk, żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, u l-melħ u l-bżar skont il-gosti tiegħek.
Qaxxar il-ġilda tal-ħuta u neħħi x-xewk. Servi l-fletti tal-Aċċola bil-patata u l-ħaxix bħala kontorn u xerred ftit żejt tal-ħabaq fil-wiċċ.
EXPLORE VARIETY, EAT SUSTAINABLE FISH©2026