https://explorefishvariety.gov.mt/
Pan-Braised Bullet Tuna in rich tomato sauce

Tumbrell mixwi f’taġen b’zalza rikka tat-tadam

Ġib it-togħmiet vibranti tal-Mediterran fil-kċina tiegħek. F’din ir-riċetta nsibu t-tumbrell mixwi f’taġen bil-kappar, qarabagħli, u zalza rikka tat-tadam. Din hija riċetta perfetta biex tbil biċċa ħobż tal-Malti fiha.

Il-Metodu

Pass numru 1

Qatta’ t-tumbrell fi fletti u wara qattgħu f’biċċiet żgħar.

Pass numru 2

Qatta’ l-qarabagħli fi flieli rqaq.

Pass numru 3

Iksi l-ħut u l-qarabagħli fid-dqiq.

Pass numru 4

Aqli l-ħut fiż-żejt taż-żebbuġa għal madwar 5 minuti kull naħa sakemm il-ħuta jkollha qoxra.

Pass numru 5

Neħħi mit-taġen u żid ftit żejt ieħor, u aqli l-qarabagħli għal madwar 8 minuti b’kollox sakemm ikun irtab ftit.

Pass numru 6

Neħħi u uża l-istess taġen biex tibda z-zalza tiegħek. Żid iż-żejt taż-żebbuġa, il-basal, it-tewm, il-polpa tat-tadam, il-kunserva, iz-zokkor, in-nagħniegħ frisk, iż-żebbuġ, u l-kappar.

Pass numru 7

Ħallih itektek għal madwar 15-il minuta, imbagħad żid il-qarabagħli u l-ħut lura fit-taġen.

Pass numru 8

Tektek fuq nar baxx għal madwar 20 minuta sakemm il-ħuta tkun assorbiet ftit miz-zalza.

Pass numru 9

Servi mar-ross, jew mall-patata mixwija jew inkella mal-ħobż tal-Malti.

Ara kif din ir-riċetta ssir, pass pass.

Ara aktar riċetti