https://explorefishvariety.gov.mt/
Coconut Poached Horse Mackerel

Sawrell imsajjar fil-ħalib tal-ġewż tal-indi

Platt faċli iżda mill-aktar tajjeb – biċċiet tas-sawrell maqbud mill-ibħra Mediterranji msajra fil-ħalib tal-ġewż tal-indi, curry, u zalza taż-żagħfran tal-Indja.

Nota: Il-valuri huma approssimattivi u jistgħu jvarjaw skont il-marka tal-għaġina, il-kwantità taż-żejt, u l-kejl eżatt tal-ingredjenti.

Il-Metodu

Pass numru 1

Qatta’ l-basla u t-tewm. Aqlihom f’taġen fuq nar medju sakemm jirtabu.

Pass numru 2

Żid il-bżar tal-kulur u sajjarhom sew sakemm jirtabu.

Pass numru 3

Żid il-ħxejjex aromatiċi, u ħallat tajjeb sakemm il-ħaxix jieħu t-togħma.

Pass numru 4

Ferra’ l-ħalib tal-ġewż tal-indi u ħallih itektek għal ftit minuti.

Pass numru 5

Żid il-fletti tal-ħut, għatti t-taġen b’għatu, u sajjar għal madwar 7 minuti, jew sakemm il-ħut jissajjar u jitfarrak mingħajr problemi.

Pass numru 6

Servi mar-ross u spiċċa billi tferrex ftit żejt tal-bżar aħmar.

Ara kif din ir-riċetta ssir, pass pass.

Ara aktar riċetti