https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to contentDin ir-riċetta tibdel dak kollu li nafu meta niġu biex insajru lażanja. Riċetta li tmur tajjeb għal meta jkollok bżonn ikla ta’ malajr, iżda xi ftit raffinata jew inkella bħala ikla ta’ tmiem il-ġimgħa.
Nota: Il-valuri huma approssimattivi u jistgħu jvarjaw skont il-marka tal-għaġina, il-kwantità taż-żejt, u l-kejl eżatt tal-ingredjenti.
Ipprepara z-zlazi:
Saħħan il-butir f’taġen, żid id-dqiq u sajjar għal ftit ħin biex tifforma roux. Żid il-ħalib ftit ftit sakemm it-taħlita tagħqad u tiġi mingħajr biċċiet. Ħawwar bil-melħ, bil-bżar abjad, u bin-noċemuskata skont gostik. Warrab it-taħlita fil-ġenb — Il-béchamel trid tkun magħquda biżżejjed biex tibqa’ bejn is-saffi tal-għaġina.
Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen u żid iz-zalza tat-tadam. Tektek għal 15-20 minuta sakemm iz-zalza tiġi tleqq u tiġi kkonċentrata. Fl-aħħar żid ftit ħabaq frisk jew tursin.
Sajjar is-sawrell:
Ħawwar il-fletti tas-sawrell bil-melħ, bil-bżar, u biż-żejt taż-żebbuġa. Sajjarhom f’taġen jew aħmihom f’temperatura ta’ 160°C għal 10-12-il minuta, biżżejjed sakemm ikunu saru, iżda li ma jixxuttawx. Qattahom f’biċċiet kbar u żommhom sħan.
Aqli l-folji tal-lażanja:
Qatta’ l-folji tal-lażanja f’rettangoli, kbar biżżejjed biex jittieklu fi platt. Saħħan iż-żejt sa 170-180°C u aqli l-folji sakemm jiħmaru, jiġu jqarmċu, u bi ftit bżieżaq żgħar. Ixxotta ż-żejt żejjed fuq folji ta’ kitchen roll u ħawwarhom ftit bil-melħ minnufih.
Fuq kull platt poġġi madwar 2-3 saffi minn:
Irrepeti biex ikollok ftit dimensjoni fil-platti, u fl-aħħar spiċċa b’folja lażanja tqarmeċ fil-wiċċ.
Servi:
Ferrex ftit żejt taż-żebbuġa u żid il-ħwawar friski u l-qoxra tal-lumi skont gostik. Servi immedjatament waqt li l-għaġin għadu jqarmeċ u sabiex jikkuntrasta maz-zlazi.
Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli. ©2026