https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Minkejja li din ir-riċetta hija waħda sempliċi u ma tirrikjedix tisjir ikkumplikat, it-Tumbrell jinbidel fi platt mimli togħma.
Ibda billi tħallat il-meraq taċ-ċitru msemmi kollu flimkien u ħallih joqgħod.
Qatta’ l-ħut u poġġih fuq il-platt. Fil-wiċċ, qiegħed il-basla mqatta’ rqiqa, il-kubi tal-larinġ, il-bżar aħmar imqatta’, il-weraq tal-ħabaq u tan-nagħniegħ, u l-melħ ħalli tagħti t-togħma.
Ferra’ t-taħlita u ftit żejt taż-żebbuġa fuq kollox.
Servih u kulu fi żmien 10 u 15-il minuta bil-ħobż Malti mixwi.
EXPLORE VARIETY, EAT SUSTAINABLE FISH©2026