https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Din ir-riċetta tbiddel il-mod ta’ kif inħarsu lejn platt klassiku - burger bil-pulpetta tat-tumbrell frisk, moqlija f’taġen sakemm tiġi tqarmeċ u tieħu dak il-kulur dehbi.
Nota: Il-valuri huma approssimattivi u jistgħu jvarjaw skont il-marka tal-għaġina, il-kwantità taż-żejt, u l-kejl eżatt tal-ingredjenti.
Qatta’ t-tumbrell f’biċċiet żgħar u żid it-tursin imqatta’, il-basla, il-bajda, il-frak tal-ħobż u t-tewm.
Ifforma t-taħlita f’pulpetti u iksihom bil-frak tal-ħobż. Aqli l-pulpetti sakemm jiħmaru.
Fi skutella oħra pprepara t-tartar sauce billi tħallat flimkien il-mayonnaise, il-Worcestershire sauce, il-mustarda, il-ħjar żgħir, il-kappar, it-tursin u x-xibt. Żid ftit meraq tal-lumi u ħawwad sakemm l-ingredjenti jitħalltu sew.
Servi l-burger billi l-ewwel tixwi l-panina u wara tqiegħed il-biċċiet tat-tadam, il-ħass, il-pulpetta tal-ħut u spiċċa billi tferrex it-tartar sauce fuq il-pulpetta
Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli. ©2026