https://explorefishvariety.gov.mt/

Ħuta friska -

l-aktar għażla għaqlija.

Esplora dak il-ħut li jsaħħaħ l-ibħra tagħna. Skopri varjetà sħiħa ta’ speċi ta’ ħut differenti fejn kull wieħed huwa mogħni bi profil ta’ togħma u storja unika. Meta tagħżel dawn l-ispeċi ta’ ħut li mhumiex daqstant popolari u apprezzati biżżejjed, tkun qed tgħin biex ħut ieħor iktar popolari titnaqqaslu l-pressjoni fuq l-ammonti mistada, filwaqt li tkun qed tipproteġi l-ambjent tal-baħar tagħna.

Bullet Tuna Fish
Bullet Tuna Fish

It-Tumbrell

Minkejja li din il-ħuta spiss tintesa, hija alternattiva affordabbli għat-tonn il-kbir minħabba li hija ħuta pjuttost imlaħħma. B’togħma pjaċevoli, hija għażla delizzjuża biex tixwiha kemm fuq it-taġen jew fuq gradilja fuq in-nar, jew inkella tkun ippreparata b’mod tradizzjonali, bħal salt-curing. Oqgħod attent li ma ssajjarhiex iżżejjed u b’hekk ikollok ikla mill-aqwa.

Iċ-Ċinturini jew ix-Xabla

Din il-ħuta ġġib l-isem tagħha minħabba l-għamla tagħha għaliex tixbaħ ħafna lil xi żigarella, filwaqt li l-laħam tagħha huwa bajdani. Tinstab l-iktar f’qiegħ il-baħar. Din il-ħuta hija versatili mmens meta tiġi biex issajjarha għaliex tista’ tixwiha fuq gradilja fuq in-nar, issajjarha fil-forn jew tixwiha fuq xi taġen. It-togħma pjċevoli tagħha u l-konsistenza tal-laħam tagħħa tagħmilha għażla popolari u delizzjuża għall-ikliet tagħna.

Il-Kubrit

Magħrufa l-iktar għat-togħma distinta tagħha, il-Kubrit hija ħuta mimlija tjubija. Minħabba li nsibuha bl-abbundanza fl-ilmijiet tagħna, din il-ħuta hija alternattiva fantastika għat-tonn il-kbir minħabba li jiġi mistad iżżejjed fl-ibħra tagħna. Il-konsistenza soda u t-togħma robusta tagħha, jagħmluha perfetta għax-xiwi fuq il-gradilja fuq in-nar jew inkella mixwija fuq it-taġen u mħawra bil-ħxejjex aromatiċi.

Is-Sawrell

Din il-ħuta pjuttost żgħira u żejtnija, hija waħda mill-ħutiet favoriti fis-sajf għaliex għandha palat mimli togħma u fiha l-omega-3. Disponibbli ħafna fis-swieq Maltin, is-Sawrell hija għażla sostenibbli u delizzjuża għax-xiwi, għall-qali, jew inkella għal ġol-forn. Il-laħam rikk tas-Sawrell huwa ingredjent versatili għal diversi platti.

L-Aċċjola

Pijunier fl-ibħra tagħna, l-Aċċola hija ħuta mlaħħma sew u soda, u b’hekk toffri esperjenza kulinarja meraviljuża. Misjuba fil-fond fl-ibħra tagħna, din il-ħuta hija għażla popolari għall- xiwi fuq il-gradilja tan-nar, jew inkella biex tixwiha fuq it-taġen. It-togħma robusta tal-Aċċola tpoġġiha fiċ-ċentru ta’ kull ikla.