https://explorefishvariety.gov.mt/

Il-Kubrit

Little
Tunny

Dwar il-

Ħut

The Little Tunny (Euthynnus alletteratus), also known locally as KubritIl-Kubrit (Euthynnus alletteratus), magħruf lokalment ukoll bħala Little Tunny, huwa speċi ta’ tonn prominenti u tipikament jinstab fil-Mediterran. Iġib tul medju ta’ 85 cm. Din il-ħuta faċli tiġi identifikata mill-istrixxi skuri tagħha, qishom dudu fuq daharha, u għaliex tleqq qisha għandha kisja metallika.

Din l-ispeċi tpassi ħafna u hija karnivoru, tinstab iddur kemm f’l-ilmijiet qrib il-kosta, kif ukoll f’l-ilmijiet lil hinn. Il-Kubrit jiekol ħut żgħir, krustaċji, u klamari.

L-istaġjonalità

Il-Kubrit jinqabad b’abbondanza fl-ibħra tagħna matul ix-xhur tas-sajf. L-istaġun riproduttiv tiegħu, li jsir minn Mejju sa Settembru, jissuġġerixxi li l-ħut x’aktarx jersaq eqreb lejn iż-żoni kostali matul dan il-perjodu, u b’hekk isir aktar aċċessibbli għas-sajjieda.

Kif

jinqabad

F’Malta, il-metodi ewlenin tas-sajd użati biex jinqabad il-Kubrit jinkludu l-jigs, l-ixkitt, il-leneż għat-trejjix u il-parit. Din il-ħuta hija wkoll popolari fost is-sajjieda sportivi u dawk rikreattivi li jużaw metodu tat-tkarkir u l-jigging.

Tajjeb biex

jittiekel?

Il-ħuta tal-Kubrit huwa mlaħħam, b’konsistenza relattivament żejtnija u b’togħma pjuttost qawwija meta mqabbla ma’ ħut aktar frisk. Minkejja li mhix ta’ valur għoli daqs it-Tonn, hija għażla versatili u popolari fis-swieq lokali, speċjalment meta tkun friska.

Metodi komuni kif

issajjar/tipprepara:

  • Mixwija fuq il-gradilja fuq in-nar jew fuq xi taġen.

Minħabba l-konsistenza soda tiegħu u l-ammonti ta’ żejt li fih, huwa rrakomandat li ma tantx jieħu ħin fuq in-nar sabiex ma tinxifx. Ħafna drabi din il-ħuta tittiekel meta tkun għadha friska, partikolarment għaliex tinqabad mid-dilettanti tas-sajd.

Is-

sikurezza tal-ikel

Bħala ħuta pelaġika, minn daqs medju sa kbir, il-Kubrit jista’ jakkumula l-merkurju u kontaminanti oħra. Il-ħut iż-żgħir u dak iżgħar x’ aktarx li jkollhom livelli aktar baxxi. Għall-konsum frekwenti, huwa importanti li jiġu segwiti l-linji gwida lokali dwar is-saħħa.

Is-Sostenibilità

& l-istatus

Globalment, il-Kubrit mhux meqjus bħala speċi li jinsab fil-periklu abbażi ta’ ammonti skont l-IUCN. Madankollu, il-pressjonijiet lokali mis-sajd żejjed u ċerti mezzi applikati għas-sajd, jistgħu jaffettwaw il-popolazzjonijiet tiegħu. Minħabba li jinqabad bl-użu ta’ diversi xbieki, jista’ jkun hemm każ ta’ qbid inċidentali jew effett fuq il-ħabitat. Għalhekk, huma rrakkomandati prattiki tas-sajd sostenibbli u konsum moderat.

Lest biex iżżid il-Kubrit mal-ikliet tiegħek? Ispira ruħek bir-riċetti delizzjużi tagħna.