https://explorefishvariety.gov.mt/
Greater Amberjack with crushed pecans

Aċċola bil-ġewż Amerikan (pecan nuts) imfarrak

Platt sempliċi iżda eleganti li jenfasizza l-kwalità tal-ħut Mediterranju frisk.

Il-Metodu

Pass numru 1

Ipprepara l-Aċċola billi tneħħi l-ġilda u x-xewk.

Pass numru 2

Ixxotta l-ħut u aqtgħu min-nofs, ħawwar bil-melħ tal-baħar.

Pass numru 3

Ipprepara t-taħlita tal-qoxra tal-ħuta billi tuża food processor, u ħallat flimkien il-lewż u t-tursin. Żid il-frak tal-ħobż u ħawwad kollox b’idejk. Żid il-melħ u l-bżar.

Pass numru 4

Dewweb il-butir f’taġen, neħħih minn fuq in-nar u żid il-mustarda u l-għasel.

Pass numru 5

Idlek it-taħlita tal-butir fuq il-ħuta u żid it-taħlita tal-lewż fuqha. Ħokk ftit qoxra tal-lumi fil-wiċċ.

Pass numru 6

F’forn jaħraq, sajjar għal madwar 15-il minuta fuq 210 gradi celsius.

Din ir-riċetta hija aktar faċli milli taħseb.

Ara aktar riċetti