Esplora l-
Varjetà,
Ikla Ħut Sostenibbli.
Skopri firxa wiesgħa ta’ ħut frisk b’togħma mill-aqwa maqbud mill-ibħra Maltin. Dawn l-ispeċijiet, li mhumiex daqstant popolari fostna l-Maltin, mhux biss għandhom togħma bnina, iżda huma wkoll mezz ta’ kif wieħed jista’ jgawdi l-ħut u l-frott tal-baħar Malti tal-ogħla kwalità bi prezz affordabbli. Permezz ta’ din l-għażla, inti mhux biss qed tgawdi minn ikla delizzjuża, iżda fl-istess ħin tkun qed tagħti l-appoġġ lis-sajjieda tagħna, filwaqt li tkun qed tissalvagwardja l-futur tal-ibħra tagħna. Ejjew naraw li kull għażla li nagħmlu, tkun waħda għaqlija għal gżiritna.
Tgħallem aktar →
Ħuta friska -
l-aktar għażla għaqlija.
It-Tumbrell
Iċ-Ċinturini jew ix-Xabla
Il-Kubrit
Is-Sawrell
L-Aċċola


