Il-Pixkerija ta’ Marsaxlokk
Marsaxlokk Fish
Market
Ingħaqad magħna fil-pixkerija ta’ Marsaxlokk!
Ejja u gawdi mill-ħut frisk li l-gżiritna għandha x’toffri. Kull nhar ta’ Ħadd, it-tim tagħna ser ikun qed jarma stand fil-pixkerija, biex jesponi dak il-ħut maqbud fl-ibħra Maltin, li mhux daqstant popolari.
Mhux biss ser tkun tista’ dduq dan il-ħut frisk u delizzjuż, imma ser ikollok ukoll l-opportunità li titkellem mal-esperti tagħna li ser jagħtuk l-informazzjoni u jedukawk iktar fuq dawn l-ispeċi partikolari.
Dan huwa ċ-ċans tiegħek biex idduq ftit ħut frisk u lokali, biex titgħallem dwar il-ħajja rikka tal-ispeċi tal-ħut li nsibu fl-ibħra Maltin, filwaqt li tkun qed tagħti l-kontribut dirett tiegħek għal futur aktar sostenibbli għall-ibħra tagħna.