https://explorefishvariety.gov.mt/
Pan Fried Scabbardfish omega-3

Ċinturin mixwi u akkumpanjat minn insalata xitwija biċ-ċitru

Skoss għandhom l-impressjoni li ċ-Ċinturin mhux l-iktar ħuta tajba għat-tisjir, iżda l-laħam tagħha huwa bajdani, ħelu u delikat, filwaqt li l-ġilda tagħha tiġi tqarmeċ meta tkun imsajra fuq taġen. Din il-ħuta tmur tajjeb ħafna maċ-ċitru u l-ħxejjex tax-xitwa u b’hekk jagħmluha ideal biex tkun l-ewwel platt f’xi ikla.

Il-Metodu

Pass numru 1

Ferra’ ċ-ċitru u pprepara l-ingredjenti tal-insalata. Warrab il-meraq żejjed miċ-ċitru.

Pass numru 2

Ħallat flimkien iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tal-lumi larinġ, u l-kuċċarina tal-mustarda. Ħawwar bil-melħ u l-bżar.

Pass numru 3

Naddaf il-fletti twal tal-ħut u qatta’ kull porzjon fi 3 biċċiet. Ħawwarhom tajjeb bil-melħ.

Pass numru 4

Ħallat flimkien id-dqiq u d-dqiq tal-qamħirrum, ħawwar bil-melħ u iksi l-fletti tal-ħut bit-taħlita.

Pass numru 5

F’taġen jaħraq, sajjar il-ħut għal 2 minuti fuq in-naħa tal-ġilda u minuta (1) fuq in-naħa tal-laħam.

Pass numru 6

Ferrex it-taħlita taċ-ċitru fuq l-insalata u poġġi l-ħut fuq kollox.

Pass numru 7

Żejjen il-platt b’aktar ħxejjex aromatiċi u b’qoxra maħkuka tal-larinġ.

Ara kif din ir-riċetta ssir, pass pass.

Ara aktar riċetti