Dan is-Sawrell moqli bil-panura tal-birra huwa platt sempliċi, iżda mimli togħma.
00 HR 30 MINS
Faċli
550 calories
Fletti tas-Sawrell
Kikkra dqiq
Nofs mgħarfa tewm midħun
Nofs mgħarfa paprika
Nofs mgħarfa trab tal-ħami
Bżar u melħ
300ml birra
Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol għall-qali
Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)
Kaloriji: ≈ 520–580kcal
Karboidrati: ≈ 32–38g
Proteina: ≈ 28–32g
Proteina: ≈ 28–32g
Fibra: ~ 1-2g
Fibra: ≈ 1-2g
Aċidi grassi Omega-3: ≈ 1.0-1.6g
Il-Metodu
Pass numru 1
Ipprepara l-ħut:
Ixxotta l-ħut sakemm ikunu kompletament niexef.
Ħawwarhom ftit bil-melħ.
Iksi l-fletti tal-ħut bi ftit dqiq (dan jgħin biex il-panura teħel iktar mal-ħuta)
Pass numru 2
Għall-panura:
Fi skutella, ħallat flimkien id-dqiq, it-trab tal-ħami, il-melħ u l-ħwawar.
Żid mat-taħlita u ħabbat bil-mod il-birra kiesħa sakemm il-panura tkun magħquda biżżejjed iżda li xorta tista’ titferra’ (il-konsistenza għandha tkun tixbaħ dik tal-pancakes)
Pass numru 3
Il-toqlija tal-ħut:
Saħħan iż-żejt f’taġen.
Iksi l-flett tal-ħut fil-panura.
Aqli l-fletti għal 3-5 minuti fuq kull naħa sakemm il-kulur isir dehbi u jiġu jqarmċu.
Poġġihom fuq kitchen roll ħalli jqattru miż-żejt.
Pass numru 4
Aġħsar ftit lumi, u servi ma’ ftit insalata u patata.