https://explorefishvariety.gov.mt/

Kif l-għażla ta’ ħut maqbud b’mod sostenibbli tista’ ssalva l-ibħra tagħna?

L-ekosistema tal-baħar tal-Mediterran tinsab taħt pressjoni, iżda l-għażla ta’ x’ħut ser tixtri tista’ tgħin. Billi tagħżel ħut maqbud b’mod sostenibbli, bħat-Tumbrell u l-Kubrita, tkun qed tnaqqas il-pressjoni minfuq dak il-ħut li huwa maqbud iżżejjed, filwaqt li tkun qed tgħin lis-sajjieda wkoll. Barra minn hekk, tkun qed tgħin ukoll fil-protezzjoni tal-bijodiversità tal-baħar tagħna, filwaqt li tkun qed tesplora firxa ta’ togħmiet ġodda.

sustainably-caught fish

X’jiġifieri meta ngħidu ‘ħut maqbud b’mod sostenibbli’?

Ħut maqbud b’mod sostenibbli jirreferi għal dak il-ħut li meta jkun ġie maqbud, ikun ġie kkunsidrat kemm l-impatt fit-tul tal-ispeċi tal-ħuta, kif ukoll s-saħħa ġenerali tal-bijodiversità tal-baħar. Fi kliem sempliċi, tirreferi għal ħut li huwa ta’ benefiċċju kemm għalik, kif ukoll għall-pjaneta.

Is-sajd sostenibbli jista’ jgħin biex ireġġa’ lura l-impatti ta’ prattiki mhux sostenibbli u jiżgura li jibqa’ biżżejjed ħajja fil-baħar, biex b’hekk jippermetti li s-sajd ikompli b’mod indefinit. Din il-prattika tgħin biex l-ekosistemi tal-baħar jinżammu b’saħħithom u varjati, filwaqt li titnaqqas l-impatt fuq dawk l-ispeċi mhedda. Barra minn hekk, huwa essenzjali li s-saħħa fit-tul tal-istokkijiet tal-ħut tkun żgurata ħalli l-frott tal-baħar jibqa’ rikk fin-nutrijenti biex jissodisfa d-domanda li dejjem qed tikber.

Kif il-ħut maqbud b’mod sostenibbli huwa s-soluzzjoni għal prattiki tas-sajd insostenibbli, bħas-sajd żejjed?

Is-sajd eċċessiv huwa t-terminu użat meta jinqabad għadd eċċessiv ta’ ħut fi stokk partikolari, u meta r-riproduzzjoni ma tlaħħaqx. Dan imbagħad jagħmilha diffiċli li tinżamm popolazzjoni b’saħħitha. Din il-prattika tas-sajd insostenibbli, fost l-oħrajn, qed tpoġġi l-ibħra tagħna f’riskju u qed tikkawża ħsara permanenti lill-ilmijiet tagħna. Evidentement, inqabad aktar minn terz tas-sajd globali, u dan hu lil hinn mil-limiti appoġġati mill-bijodiversità tal-baħar tagħna. Fl-istess waqt, id-domanda globali għall-frott tal-baħar qed tkompli tikber.

Barra minn hekk, is-sajd żejjed mhux biss jagħmel ħsara lill-ambjent iżda wkoll jolqot lilna direttament. Is-sajjieda u l-komunitajiet jintlaqtu hekk kif l-istokkijiet ta’ diversi speċijiet ta’ ħut ikomplu jonqsu, u b’hekk il-metodi tradizzjonali tas-sajd isiru ekonomikament insostenibbli. Meta jinxtara dak il-ħut maqbud b’mod sostenibbli, id-domanda tinbidel minn xiri ta’ ħut favorit iżda mistad iżżejjed, għal ħut alternattiv u responsabbli. Dan jippermetti biex l-istokkijiet taħt pressjoni jirkupraw, ikun appoġġjat il-wirt uniku tas-sajjieda, u l-bijodiversità tal-baħar tagħna tissaħħaħ.

Għaliex l-għażla ta’ ħut maqbud b’mod sostenibbli hija t-triq li għandha tittieħed?

The simple decision of which fish to purchase has more power than we think. It determines which fish species are caught, ultimately affecting the balance of fish populations in our waters. Worldwide demand for fish is skyrocketing—far beyond what our seas can sustain—putting them under unprecedented pressure and creating an urgent need to act. When you opt for sustainably-caught fish, you help reduce damage to vulnerable species and restore balance in our seas. So act now and choose sustainably-caught fish to protect our marine biodiversity and ensure a thriving ecosystem for future generations.

Aħna fejn nidħlu?

Dan il-proġett għandu l-għan li jqajjem kuxjenza u jimmotiva lill-pubbliku ġenerali biex jikkonsma speċijiet ta’ ħut mhux utilizzati biżżejjed u abbandunati. Billi jbiegħed id-domanda minn speċijiet mistada żżejjed, u jħajjar lill-konsumatur b’alternattivi ta’ ħut maqbud b’mod sostenibbli, dan il-proġett jappoġġa l-konservazzjoni tal-baħar, is-sikurezza tal-ikel, u s-sostenibbiltà ekonomika tas-sajd.