https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Din is-Soppa Tajlandiża bil-Curry Aħmar tippreżenta t-togħma tal-Asja direttament fil-kċina tiegħek. Din ir-riċetta tuża fletti tas-sawrella u hija perfetta ma’ kontorn ta’ ross abjad.
Ibda billi taqli l-basla, it-tewm u l-ġinġer fiż-żejt tal-ġewż tal-Indi.
Meta dawn jirtabu, żid it-taħlita tal-curry aħmar, il-ħalib tal-ġewż tal-Indi u l-brodu.
Żid ukoll il-meraq tal-lumiċell qares, ftit qatriet miz-zalza tal-ħut u ftit zokkor.
Sakemm it-taħlita tibda tagħli, ixxotta l-fletti tas-sawrella u ħawwarhom bil-melħ u l-bżar. Żidhom fil-borma u ħallihom jissajru bil-mod (poaching) għal madwar 7 minuti.
Servi mar-ross abjad u żejjen bil-kosbor u l-bżar jaħraq imqatta’ rqiq fil-wiċċ.
EXPLORE VARIETY, EAT SUSTAINABLE FISH©2026