https://explorefishvariety.gov.mt/
Tumbrell alla Puttanesca

Tumbrell alla
Puttanesca

Iservi 3 persuni

Il-Metodu

Pass numru 1

Ibda billi f’taġen issaħħan iż-żejt taż-żebbuġa u żid it-tewm, l-inċova, il-bżar aħmar, it-tadam, iż-żebbuġ iswed u l-kappar. Ħalli t-taħlita ttektek għal 20 minuta.

Pass numru 2

Waqt li z-zalza tkun qed ittektek, ħawwar il-fletti tat-Tumbrell u aqlihom f’taġen fuq nar għoli għal 2 minuti fuq kull naħa.

Pass numru 3

Għalli l-għaġin al dente u żidu fit-taġen ma’ daqsxejn tursin.

Pass numru 4

Servi l-għaġin bil-fletti tat-Tumbrell fuqu, b’ħarira żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ.

View more recipies