Iċ-Ċinturini, lokalment magħrufa wkoll bħala s-Silver Scabbardfish, hija ħuta li tgħix fil-fond tal-baħar. L-għamla partikolari tagħha hija kkaratterizzata minn ġisem twil ħafna, qisu żigarella, u ġilda tleqq, lewn il-fidda. Iċ-Ċinturini hija kkompressata lateralment u tista’ tikber sa 210 cm fit-tul, għalkemm fil-Mediterran hija aktar misjuba f’tul ta’ 100-120cm.
Din il-ħuta tgħix fil-qiegħ tal-baħar, tipikament bejn 100-300m fuq qigħan ramlin u bit-tajn, u kultant tgħum sa nofs l-ilma mal-lejl. Id-dieta tagħha tikkonsisti f’ħut, klamari, u krustaċji żgħar. Din l-ispeċi timmatura b’tul ta’ madwar 111 cm u tgħix għal madwar 8 snin.

Iċ-Ċinturini tinqabad is-sena kollha, b’mod partikolari fis-sajf u fil-ħarifa f’ħafna mir-reġjuni tal-Mediterran. F’Malta, id-disponibbiltà staġjonali tagħha taqbel ma’ dawn il-perjodi, u tilħaq il-quċċata meta l-ħut ikun l-aktar abbundanti u l-isforz tas-sajd ikun fl-ogħla tiegħu.