https://explorefishvariety.gov.mt/

Is-Suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk: Il-gwida tiegħek biex tagħżel ħut lokali u frisk

Il-Ħadd filgħodu f’Marsaxlokk hija festa li tolqot is-sensi kollha. Luzzijiet ikkuluriti wieħed fejn l-ieħor max-xatt, u l-bejjiegħa tal-ħut armati, lesti biex joffru l-qabda tal-ġurnata f’atmosfera tipika Maltija. Kull min jitpaxxa bil-qabda lokali u friska, is-suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk huwa l-post ideali biex wieħed jiskopri x’għandhom x’joffru l-ibħra lokali.

Iżda mawra sa dan is-suq tista’ tkun aktar milli sempliċiment issib il-ħutiet favoriti u tipiċi tiegħek għall-bejgħ. Hija wkoll opportunità fejn tista’ tiskopri dak il-ħut li jaf mintix daqstant familjari tiegħu, ċans li titgħallem kif tippreparahom u post fejn tista’ tagħmel għażliet aktar infurmati dwar il-frott tal-baħar li tista’ tixtri u tieħu miegħek id-dar.

Through the L-inizjattiva Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli, Permezz tal-inizjattiva Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli, qed inħeġġu lin-nies biex iħarsu lil hinn mill-għażliet familjari u jiskopru ħames speċi mhux apprezzati biżżejjed li jinqabdu fl-ibħra Maltin: bħas-sawrell, l-aċċola, it-tumbrell, il-kubrit u ċinturin.

Kemm jekk inti viżitatur regolari tas-suq jew ser tixtri l-ħut frisk minn hemmhekk għall-ewwel darba, hawn għandek xi ftit punti ta’ kif tista’ tagħmel l-aħjar użu miż-żjara li jmiss tiegħek.

X’jagħmel is-Suq tal-Ħut ta’ Marsaxlokk daqstant speċjali?

F’wieħed mill-aktar villaġġi lokali magħrufa għas-sajd, is-Suq tal-Ħut ta’ Marsaxlokk ilaqqa’ flimkien ħut frisk, prodotti lokali u oġġetti oħra tul ix-xatt, ma’ post fejn kemm ir-residenti u l-viżitaturi ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu jiltaqgħu flimkien.

Is-suq mhux biss joffri ħarsa lejn ir-relazzjoni ta’ Malta mal-ibħra tagħha, iżda jipprovdi wkoll opportunità biex wieħed isir jaf aktar dwar il-ħut lokali li huwa disponibbli. Ix-xelta tinbidel skont il-qabda, l-istaġun u dak li jinġieb l-art, u għalhekk kull żjara tista’ toffri xi ħaġa differenti.

Jekk qed tippjana li żżur u tixtri l-ħut, ara li tasal kmieni filgħodu sabiex ikollok aktar ħin li ddur il-post sew u tkun tista’ titkellem mal-bejjiegħa qabel ma s-suq isir mimli bin-nies.

Kif tagħżel l-aħjar qabda mis-Suq tal-Ħur f’Marsaxlokk?

L-għażla tal-ħut frisk m’għandhiex għalfejn tkun xi ħaġa diffiċli. Jekk qed tixtri ħut sħiħ, hemm ftit affarijiet li tista’ toqgħod attent għalihom.

Ħares lejn l-għajnejn. Il-ħut sħiħ frisk ġeneralment ikollu għajnejn ċari, sbieħ, u miftuħin sew aktar milli għajnejn li jidhru mċajpra jew baxxi.

Iċċekkja l-ġilda u l-laħam. Il-ġilda għandha tidher niedja u relattivament tleqq, filwaqt li l-laħam għandu jinħasss sod u jekk tmissu u tagħfsu ftit, għandu jerġa jieħu l-forma oriġinali tiegħu.

Oqgħod attent għar-riħa. Il-ħut frisk għandu jkollu riħa friska iżda mhux waħda qawwija. Ara li r-riħa ma tkunx waħda qawwija ta’ ħut, li normalment ma tkunx daqstant pjaċevoli jew qarsa.

Staqsi lill-bejjiegħa għall-parir. Il-bejjiegħ tal-ħut tiegħek jista’ jgħidlek aktar dwar il-ħut offrut, kif għandu jkun ippreparat, u jekk hux adattat għall-platt li għandek f’ moħħok.

Dawn is-sinjali huma indikaturi ġenerali u utli, iżda l-ebda karatteristika waħda ma tiggarantixxi l-freskezza. Jekk m’intix ċert dwar ħuta partikolari, staqsi lill-bejjiegħ għal gwida.

Liema ħut għandek tfittex?

Waħda mill-isbaħ affarijiet meta żżur is-suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk hija l-opportunità li tiskopri speċi oħra li forsi ma tixtrix is-soltu. Minflok tmur mill-ewwel għall-għażla familjari, ħu ftit ħin biex tara x’hemm iktar disponibbli.

Hawn għandek ħames speċi lokali li ta’ min issir tafhom:

Is-Sawrell

Is-sawrell hija ħuta versatili li tista’ tissajjar b’modi differenti, u dan jagħmilha għażla tajba għall-ikliet ta’ kuljum. Jekk inti tiggosta togħmiet Mediterranji sempliċi, ipprova din il-ħuta mal-ħaxix mixwi, imħawra bil-ħxejjex aromatiċi u ftit żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ.

L-Aċċjola

Bil-laħam sod tagħha, l-aċċola tista’ tissajjar b’diversi metodi, inkluż ix-xiwi jew fil-forn. Staqsi lill-bejjiegħ tal-ħut tiegħek liema mod jixraq il-qatgħa disponibbli.

It-Tumbrell

Il-kubrita toffri mod ieħor kif il-ħut lokali jista’ jiddaħħal f’ikliet familjari. Tista’ tiekolha ma’ xi ftira Maltija jew tesperimenta b’xi riċetta li ddaħħal il-ħwawar, il-ħxejjex u t-togħmiet differenti.

Il-Kubrit

Little tunny offers another way to bring local fish into familiar meals. You could try it in a Maltese ftira sandwich or experiment with a recipe that introduces different herbs, vegetables and flavours.

Iċ-Ċinturin

Tagħrfu minħabba l-għamla tiegħu għaliex għandu għamla twila u rqiqa, u jkanġi fil-fidda, iċ-ċinturin huwa speċi oħra ta’ min jiskopriha. Staqsi lill-bejjiegħ tal-ħut kif tippreparah u jekk ikunx l-aktar adattat biex taqlih f’taġen jew kwalunkwe metodu ieħor tat-tisjir.

Id-disponibbiltà tvarja, għalhekk jista’ jkun li fl-istess ġurnata ma ssibx il-ħames speċi kollha fis-suq. Jekk qed tfittex xi ħaġa speċifika, staqsi x’hemm disponibbli u forsi tkun disposta.

X ’għandek tistaqsi lill-bejjiegħa tal-ħut tiegħek?

M’ hemmx għalfejn tkun espert biex tixtri u tipprepara l-ħut. Ftit mistoqsijiet sempliċi jistgħu jgħinuk tagħmel għażla aħjar filwaqt li tiskopri xi ħaġa ġdida.

  • “X’ hemm għall-bejħ illum?” Ibda billi ssir taf liema ħut hemm offrut u staqsi jekk hemmx xi ħaġa inqas familjari ta’ min jipprovaha.
  • “Din il-ħuta fl-istaġun?” Id-disponibbiltà tinbidel matul is-sena. Jekk tistaqsi dwar l-istaġun u l-qabda, tista’ tifhem aħjar dak li qed jinqabad u jinbiegħ bħalissa.
  • “Kif l-aħjar li ssajjarha?” Xi ħut ikun aħjar jekk jinxtewa fuq il-grilja, filwaqt li oħrajn jistgħu jkunu aktar adattati għall-qali fit-taġen, għall-ħami jew akkumpanjat b’xi zalza.
  • “Tista’ tnaddafhieli jew ixxerraħha għalija?” Jekk m’intix komdu tipprepara ħuta sħiħa, staqsi jekk il-bejjiegħ jistax jgħinek.
  • “Xi stajt nuża minflok il-ħut tas-soltu tiegħi?” Dan huwa mod sempliċi kif tiskopri alternattivi meta l-ispeċi preferuta tiegħek ma tkunx disponibbli.

Jekk inti ġdid biex issajjar il-ħut, tibżax tgħid. Rakkomandazzjoni minn xi ħadd li jaħdem mal-ħut kuljum, tista’ tħajjar lil xi ħadd biex jipprova xi ħaġa ġdida.

marsaxlokk fish market fishing nets

Għaliex l-għażla ta’ firxa usa’ ta’ ħut taffettwa?

L-esplorazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ ħut tista’ tgħin fid-diversifikazzjoni tad-domanda għall-frott tal-baħar u tappoġġa l-komunitajiet tas-sajd lokali. Tħeġġiġna wkoll biex nużaw aħjar il-varjetà li nsibu fl-ibħra Maltin, aktar milli noqogħdu kull darba fuq l-istess għażliet.

Is-sostenibilità tiddependi minn diversi fatturi, fosthom l-ispeċi, il-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha u kif tinqabad. L-oriġini lokali waħedha ma tiggarantixxix li ħuta hija l-aktar għażla sostenibbli, għalhekk ta’ min jistaqsi mistoqsijiet u jagħmel għażliet infurmati.

The L-inizjattiva Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar dawn il-ħames speċi sotto-apprezzati li jinqabdu fl-ibħra Maltin u tispira lin-nies biex jagħtuhom post fuq il-platti tagħhom.

marsaxlokk fish market horse mackerel

Skopri aktar fis-Suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk

Kultant, l-iskoperta ta’ favorit ġdid tibda b’mistoqsija sempliċi għand tal-ħut. Id-darba li jmiss li żżur is-Suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk, agħti ħarsa lil hinn mill-għażliet tas-soltu tiegħek u staqsi x’hemm aktar disponibbli.

Tista’ ssib ingredjent ġdid għal riċetta familjari, titgħallem mod differenti kif tipprepara l-ħut jew tiskopri speċi li qatt ma ppruvajt qabel.

Tista’ wkoll iżżur l-istand tagħna fis-Suq tal-ħut ta’ Marsaxlokk, fejn kull nhar ta’ Ħadd, it-tim tagħna jaqsam magħkom dawn il-ħames ħutiet lokali u jaqsam informazzjoni dwar it-togħmiet, il-preparazzjoni u l-post tagħhom f’approċċ aktar varjat għall-frott tal-baħar.

Għal aktar ispirazzjoni, esplora r-riċetti tagħna u skopri modi ġodda kif tgawdi l-varjetà ta’ ħut maqbud fl-ibħra Maltin.