https://explorefishvariety.gov.mt/
grilled horse mackerel

Grilled Horse Mackerel with Braised Leeks & Fennel + Light Caper & Olive Oil Sauce

Whole grilled Horse Mackerel, rich in flavour, is perfectly complemented by tender, sweet braised leeks and fennel.
  • Ħut:
  • 4 Ħutiet tas-Sawrell (iffilettjati)
  • 2-3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Melħ u bżar
  • Flieli tal-lumi (biex isservi fuq il-platt)
  • Ħaxix:
  • 2 large leeks, cleaned and cut into thick batons
  • 2 bużbież, imqatta’ fi flieli
  • 2 mgħaref butir
  • 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa ekstra verġni
  • ½ kikkra (120ml) inbid abjad
  • 1 cup vegetable stock
  • Melħ u bżar għat-togħma​
  • Ftit xorb Pastis
  • Zalza tal-kappar u ż-żejt taż-żebbuġa:
  • 8 mgħaref żejt taż-żebbuġa ekstra verġni
  • 1 mgħarfa meraq tal-lumi
  • 3 mgħaref kappar żgħir, imlaħlaħ
  • 2 shallots imqatta’ fini
  • 3 mgħaref kurrat salvaġġ imqatta’ fin, imsajjar bil-mod fiż-żejt taż-żebbuġa

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ≈ 550-700 kcal
  • Proteina: ≈ 30-40g
  • Xaħam: ≈ 45 - 60g
  • Karboidrati: ≈ 10-15g
  • Fibra: ≈ 4-6g
  • Omega-3: ≈ 1.5-3.0 g

Il-Metodu

Pass numru 1

Ixwi l-kurrat u l-bużbież u wara ħallih itektek:

  1. Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen kbir.
  2. Żid il-kurrat u l-bużbież imqattgħin; ħawwar ftit.
  3. Sajjarhom fuq nar medju għal 3-4 minuti sakemm jibdew jirtabu.
  4. Ferra’ l-inbid abjad u l-pastis u ibqa’ sajjar sakemm kważi jevaporaw kompletament.
  5. Żid l-istokk ta’ dada tal-ħaxix, għattihom, u ħallihom itektku bil-mod għal 10-12-il minuta sakemm jirtabu.
  6. Żid il-butir eżatt qabel ma sservi biex tagħmel emulsjoni tal-likwidu li jkun fadal.

Pass numru 2

Ipprepara z-zalza:

  • Żejt taż-żebbuġa
  • Il-meraq tal-lumi
  • Il-kappar
  • Ix-Shallots diġà msajra

Duq u żid il-bżar u l-melħ skont il-gosti tiegħek. Iz-zalza għandha tkun waħda ħafifa u mhux densa.

Pass numru 3

Ixwi s-Sawrell:

  1. Saħħan it-taġen fuq nar għoli.
  2. Idlek is-Sawrell biż-żejt taż-żebbuġa, u ferrex ftit melħ u bżar.
  3. Ixwi għal 3-4 minuti fuq kull naħa, skont id-daqs, sakemm il-ġilda tiġi tqarmeċ u l-laħma tkun imsajra.

Pass numru 4

Il-preżentazzjoni tal-platt:

  1. Poġġi fil-qiegħ il-kurrat u l-bużbież fuq kull platt.
  2. Poġġi s-Sawrell mixwi fuq il-ħaxix.
  3. Ferrex ftit iz-zalza tal-kappar u ż-żejt taż-żebbuġa.
  4. Poġġi l-flieli tal-lumi fil-ġenb tal-platt.

Din ir-riċetta hija aktar faċli milli taħseb.

Segwi l-filmat tar-riċetta

Ara aktar riċetti