https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Ħallat il-mayonnaise, l-istragun, il-ħabaq u t-tursin f’bowl żgħira. Ħawwad sakemm l-ingredjenti jitħalltu sew u poġġiha fil-ġenb.
Season the amberjack fillets with olive oil, garlic, fresh herbs, salt, and pepper. Ħawwar il-fletti tal-aċċola biż-żejt taż-żebbuġa, it-tewm, il-ħxejjex aromatiċi friski, il-melħ u l-bżar. Sajjar il-fletti fuq il-grilja fuq nar medju-għoli sakemm ikunu kemxejn maħruqa minn barra, iżda msajra minn ġewwa, għal madwar 3–4 minuti kull naħa skont il-ħxuna.
Saħħan il-butir f’taġen u sajjar il-biċċiet tal-patata sakemm jieħdu dak il-kulur dehbi fuq kull naħa. Żid it-tewm, is-sagħtar u l-istokk. Għatti l-patata u ħalliha ttektek jew inkella sajjarha fil-forn sakemm il-patata tkun ratba minn ġewwa iżda tiġi tqarmeċ minn barra.
Roxx iż-żejt taż-żebbuġa fuq il-kaboċċa u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Sajjar fil-forn jew fuq il-grilja sakemm it-truf ikunu dehbin u jiġu jqarmqċu. Agħsar ftit meraq tal-lumi fuqha u serviha mal-mayonnaise biex jew tbil jew tferra’ fuqha.
Poġġi l-aċċola fuq il-platt flimkien mal-patata fondant u l-kaboċċa hispi. Servi sħun direttament mix-xiwi, bil-mayonnaise fil-ġenb, sabiex kull min qed jiekol igawdiha kif jixtieq.
Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli. ©2026