https://explorefishvariety.gov.mt/
Mediterranean Stuffed Fish with Spring Greens

Ħut Mediterranju mimli akkumpanjat minn kontorn ta’ insalata tar-rebbiegħa

This dish is an incredibly delicious choice for those who want something light but still incredibly satisfying out of springtime cuisine. Packed with loads of delicious spring green leaves and vegetables as well as big flavours like olive, caper and seafood to make those spring ingredients sing. The beauty of this dish lies in its versatility, as so many different fish would be perfect contenders. The sautéed spinach and spring garlic stuffing acts as a moisture barrier, ensuring the fish remains succulent during its short blast in the oven. Paired with a crisp, blanched salad of peas and mint, it’s a light yet deeply satisfying meal that tastes like a sunny afternoon on the coast.
  • 2 ħutiet sħaħ ta’ daqs medju (sawrell jew pixxispad), imnaddfin
  • 2 imgħaref żejt taż-żebbuġa ekstra verġni
  • 2 izkuk ta’ basal aħdar, imqattgħin fin
  • 1 zokk tewm frisk, imfarrak u mgħaffeg
  • 30g kappar, maħsul
  • 200g spinaċi ffriżata (oħroġha qabel biex tneħħilha s-silġ u wara għaffiġha biex tneħħilha l-ilma żejjed)
  • 1 lumija (il-qoxra u l-meraq)
  • Melħ u bżar iswed skont il-gosti tiegħek
  • 2 ponnijiet rukola
  • 2 ponnijiet spinaċi miż-żgħira friska
  • 100g piżelli (friski jew iffriżati)
  • 100g fażola ħadra, imnaddfa
  • 40g żebbuġ iswed, maqsum
  • 2 zkuk basal aħdar (il-parti l-ħadra biss), imqatta’
  • Ftit nagħniegħ frisk, skont it-togħma
  • 15ml żejt taż-żebbuġa ekstra verġni
  • Ftit meraq tal-lumi frisk
  • Calories: 420cal
  • Proteina: 38g
  • Xaħam: 22g
  • Karboidrati: 18g

Il-Metodu

Pass numru 1

Ipprepara t-tisjir tal-mili

Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa f’taġen fuq nar medju. Sajjar il-basal aħdar u t-tewm frisk sakemm jirtabu u joħorġu t-togħma tagħhom. Żid il-kappar u sajjar għal minuta oħra.

Pass numru 2

Żid l-aħħar ingredjenti tal-mili:

Żid l-ispinaċi fit-taġen. Roxx ftit melħ u bżar, imbagħad il-qoxra tal-lumi u ftit meraq tal-lumi. Kompli sajjar sakemm it-taħlita ssir ratba u l-umdità żejda tisparixxi. Ħalliha tiksaħ ftit.

Pass numru 3

Imla l-ħut:

Roxx ftit żejt taż-żebbuġa u melħ fuq barra u fuq ġewwa tal-ħuta. Jekk qed tuża ħut sħiħ, imla l-qalba tal-ħuta bil-mili tal-ispinaċi. Jekk qed tuża fletti tal-ħut, poġġi waħda bil-ġilda ’l isfel, ferrex il-mili fuqha u għatti b’oħra.

Pass numru 4

Aħmi:

Saħħan il-forn għal 190°C. Poġġi l-ħut mimli fuq trej miksi u aħmi l-ħut għal 8–10 minuti, jew sakemm il-laħam isir opak u jinfired faċilment b’furketta.

Pass numru 5

Sajjar il-ħaxix fl-ilma (Blanching):

Waqt li l-ħut qed isir fil-forn, għalli ilma mielaħ. Sajjar il-fażola u l-piżelli għal 2–3 minuti sakemm isiru ta’ kulur aħdar qawwi. Imbagħad poġġihom minnufih f’ilma kiesaħ bis-silġ biex iżommu l-kulur tagħhom. Ixxotta sew.

Pass numru 6

Ipprepara l-insalata:

F’borma kbira, ħallat ir-rukola, l-ispinaċi, n-nagħniegħ, il-parti l-ħadra tal-basal u ż-żebbuġ mal-piżelli u l-fażola. Żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq lumi.

Pass numru 7

Servi:

Poġġi l-insalata fuq platt u fuqha qiegħed il-ħut mimli sħun. Ixħet fuq il-ħut il-meraq li jkun baqa’ mit-tisjir u servi mill-ewwel.

Ara aktar riċetti