https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)
Note: Values are approximate and may vary depending on pastry brand, oil quantity, and exact ingredient measurements.
Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen u żid il-basal, iz-zunnarija, u l-patata għal madwar 5 minuti, sakemm jiħmaru ftit.
Żid il-paste tat-tewm, id-dada tal-istokk, it-trab tal-curry, iz-zalza tat-tadam, u ftit ilma. Naqqas għal nar medju-baxx u tektek għal madwar 20 minuta, jew sakemm il-ħaxix ikun irtab.
Żid il-fletti żgħar tal-kubrita imqatta’ f’dadi u sajjar għal 10 minuti oħra. Temm billi titfa’ x-xibt imqatta’ frisk u żid il-bżar u l-melħ skont il gosti tiegħek.
Poġġi t-taħlita fil-bażi tal-għaġina tat-torta, għattiha b’folja oħra ta’ għaġina, issiġilla t-truf, u agħmel sinjali żgħar fil-wiċċ tat-torta. Idlek il-wiċċ bl-isfar tal-bajd u żid ftit melħ.
Aħmi f’forn imsaħħan minn qabel f’temperatura ta’ 200 °C għal madwar 15-il minuta, jew sakemm l-għaġina tiħmar.
Ħalli t-torta tistrieħ ftit qabel ma sserviha.
Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli. ©2026