https://explorefishvariety.gov.mt/
Crispy Bullet Tuna Burger

Burger tat-tumbrell bit-tartar sauce

A crispy bullet tuna burger; flavour-packed, lightly seasoned and pan-fried until golden. A satisfying seafood twist on a classic burger.
  • 500g Tumbrell
  • 100g frak tal-ħobż
  • 1 bajda
  • 1 basla ħadra mqatta’ flieli rqaq
  • melħ u bżar għat-togħma
  • 2 mgħaref tursin imqatta’
  • 2 mgħaref tewm imqatta’ żgħir ħafna
  • Tartar Sauce:
  • 150g mayonnaise
  • 1 kuċċarina Mustarda tad-Dijon
  • 1 mgħarfa ħjar żgħir fis-salmura imqatta’
  • 1 mgħarfa kappar imqatta’
  • 2 mgħaref xibt imqatta’
  • 2 mgħaref tursin imqatta’
  • 1/2 kuċċarina Worcestershire Sauce
  • 1 mgħarfa meraq tal-lumi

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: 600-680 Kcal
  • Proteina: 38-42g
  • Xaħam: 32-38g
  • Karboidrati: 35-40g
  • Fibra: 2-3g
  • Zokkor: 4-6g
  • Sodju: 700-900mg

Note: Values are approximate and may vary depending on pastry brand, oil quantity, and exact ingredient measurements.

Il-Metodu

Pass numru 1

Qatta’ t-tumbrell f’biċċiet żgħar u żid it-tursin imqatta’, il-basla, il-bajda, il-frak tal-ħobż u t-tewm.

Pass numru 2

Ifforma t-taħlita f’pulpetti u iksihom bil-frak tal-ħobż. Aqli l-pulpetti sakemm jiħmaru.

Pass numru 3

Fi skutella oħra pprepara t-tartar sauce billi tħallat flimkien il-mayonnaise, il-Worcestershire sauce, il-mustarda, il-ħjar żgħir, il-kappar, it-tursin u x-xibt. Żid ftit meraq tal-lumi u ħawwad sakemm l-ingredjenti jitħalltu sew.

Pass numru 4

Servi l-burger billi l-ewwel tixwi l-panina u wara tqiegħed il-biċċiet tat-tadam, il-ħass, il-pulpetta tal-ħut u spiċċa billi tferrex it-tartar sauce fuq il-pulpetta

Ara kif din ir-riċetta ssir, pass pass.

Ara l-filmat tat-tisjir hawn.

Ara aktar riċetti