https://explorefishvariety.gov.mt/
Coconut Poached Horse Mackerel

Sawrell imsajjar fil-ħalib tal-ġewż tal-indi

This Coconut Poached Horse Mackerel is a quick and comforting seafood dish where the fish is gently poached in a fragrant sauce.
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 basla
  • 3 sinniet tewm
  • Bżar ikkulurit (jiena użajt l-aħmar, l-isfar u l-aħdar)
  • 1 kikkra ħalib/krema tal-ġewż tal-indi
  • 1 kuċċarina curry
  • 1/2 kuċċarina żagħfran tal-Indja
  • 200ml stokk tal-ħaxix
  • Is-sawrell frisk, iffilettjat
  • Ftit ross biex isservih bħala kontorn
  • Żejt imħawwar bil-bżar aħmar
  • Melħ u bżar għat-togħma

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: 380-420 Kcal
  • Proteina: 25-28g
  • Xaħam: 25-28g
  • Karboidrati: 15-18g
  • Fibra: 2-3g
  • Zokkor: 4-5g
  • Sodju: 400-500 mg (jiddependi fuq l-istokk u l-melħ)

Note: Values are approximate and may vary depending on pastry brand, oil quantity, and exact ingredient measurements.

Il-Metodu

Pass numru 1

Qatta’ l-basla u t-tewm. Aqlihom f’taġen fuq nar medju sakemm jirtabu.

Pass numru 2

Żid il-bżar tal-kulur u sajjarhom sew sakemm jirtabu.

Pass numru 3

Żid il-ħxejjex aromatiċi, u ħallat tajjeb sakemm il-ħaxix jieħu t-togħma.

Pass numru 4

Ferra’ l-ħalib tal-ġewż tal-indi u ħallih itektek għal ftit minuti.

Pass numru 5

Żid il-fletti tal-ħut, għatti t-taġen b’għatu, u sajjar għal madwar 7 minuti, jew sakemm il-ħut jissajjar u jitfarrak mingħajr problemi.

Pass numru 6

Servi mar-ross u spiċċa billi tferrex ftit żejt tal-bżar aħmar.

Ara kif din ir-riċetta ssir, pass pass.

Ara l-filmat tat-tisjir hawn.

Ara aktar riċetti