https://explorefishvariety.gov.mt/
Little Tunny Tacos

Tacos bil-Kubrita

Tixtieq li żżid il-varjetà meta ssajjar xi platt ħut? Dawn it-tacos mimlija bil-kubrita; ħuta Mediterranja magħrufa għat-togħma rikka u l-valur nutrittiv tagħha, hija moqlija f’taġen u mħawra bil-ħwawar tipiċi tat-tacos u servuta f’wraps żgħar. Magħha nżidu l-avokado, ħxejjex friski, sriracha, iż-żerriegħa tal-ġulġlien, u ftit qxur tal-bżar aħmar, u flimkien jagħtu togħma partikolari lill-ħuta biex tittiekel bħala platt san iżda mimli bit-tjubija.
  • 1 Kubrita
  • 3 mgħaref ħwawar tat-tacos
  • Bżar u melħ
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Wraps ta’ daqs żgħir
  • Avokado
  • Zalza Sriracha
  • Qxur tal-bżar aħmar
  • Żerriegħa tal-ġulġlien
  • Kaloriji ~575cal
  • Proteina ~29g
  • Karboidrati ~47g
  • Xaħam ~30g
  • Fibra ~6g

Metodu

Pass numru 1

Kun żgur li l-ħuta hija ffilettjata sew u lesta biex tissajjar.

Pass numru 2

Ħawwar il-ħuta bil-ħwawar tat-tacos, melħ u bżar.

Pass numru 3

Saħħan it-taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa u aqli l-ħuta għal madwar 7-10 minuti, sakemm isir kollox. Għatti b’għatu biex tħaffef il-proċess tat-tisjir.

Pass numru 4

Sadanittant, għaffeġ l-avokado u ferrex ftit melħ u bżar skont ġostik.

Pass numru 5

Ipprepara t-tacos:

  1. Xerred l-avokado fuq ir-wraps iż-żgħar.
  2. Żid il-weraq tal-insalata.
  3. Poġġi l-ħut imsajjar fuq it-taħlita.
  4. Xerred iz-zalza tas-Sriracha.
  5. Irfina l-platt billi titfa’ ftit żerriegħa tal-ġulġlien u ftit qxur tal-bżar aħmar.

Ara aktar riċetti