https://explorefishvariety.gov.mt/
Lemon Pasta with Silver Scabbardfish

Għaġin imħawwar bit-togħma tal-lumi u ċ-Ċinturin

-
  • 150g għaġin paccheri
  • Żejt taż-żebbuġa ekstraverġni
  • 3 sinniet tewm, imqattgħin fini
  • Biċċa żgħira bżar aħmar frisk, imqatta’ fin
  • Ftit weraq tal-ħabaq, frisk
  • 2 ċinturin, imxerrħa u mqatta’ f’ biċċiet żgħar
  • Il-qoxra ta’ lumija, maħkuka
  • Il-meraq ta’ ½ lumija
  • 1½ mgħaref butir
  • Ġobon Parmesan frisk u maħkuk
  • Melħ u bżar
  • Ilma mit-togħlija tal-għaġin, kemm meħtieġ
  • Kaloriji ~680 kcal
  • Proteina ~38g
  • Karboidrati ~ 73g
  • Zokkor ~ 4g
  • Xaħam ~ 26g
  • Fibra ~ 4g

Metodu

Pass numru 1

F’borma kbira, għalli l-ilma mmellaħ u sajjar il-paccheri sakemm ikunu al dente. Qabel tbattal il-borma, warrab madwar ½ –1 kikkra mill-ilma.

Pass numru 2

Waqt li l-għaġin ikun qed isir, saħħan ammont ġeneruż taż-żejt taż-żebbuġa f’taġen kbir fuq nar medju. Żid it-tewm u sajru bil-mod sakemm tibda xxomm ir-riħa tiegħu, waqt li toqgħod attent li ma jinħaraqx.

Pass numru 3

Żid il-biċċiet tal-ħut fit-taġen u sajjarhom sew sakemm il-ħut jibdel il-kulur tiegħu u jsir.

Pass numru 4

Żid il-bżar aħmar imqatta’, il-qoxra tal-lumi maħkuka u l-weraq tal-ħabaq frisk. Sajjar kollox bil-mod għal 1-2 minuti oħra, u ħalli t-togħmiet jitħalltu flimkien u jħawwru l-ħut u ż-żejt taż-żebbuġa.

Pass numru 5

Żid l-għaġin direttament fit-taġen u ħallat kollox flimkien. Ferra ftit mill-ilma li warrabt, u ħalli l-għaġin jassorbi t-togħmiet kollha għal ftit minuti.

Pass numru 6

Baxxi n-nar u żid il-meraq tal-lumi u l-butir. Ibqa’ ħallat l-għaġin sew sakemm il-butir idub u l-għaġin ikun tħallat sew miegħu.

Pass numru 7

Ftit ftit, żid ammont ġeneruż tal-Parmesan maħkuk filwaqt li tkompli tħawwad it-taħlita u l-għaġin. Jekk hemm bżonn, tista’ żżid ftit aktar mill-ilma tal-għaġin li tkun warrabt, sakemm l-għaġin jiġi miksi b’zalza kremuża miegħu.

Pass numru 8

Duq u ħawwar bil-bżar u l-melħ skont gostik. Servi minnufih, u fil-wiċċ roxx ftit iktar mill-qoxra tal-lumi maħkuka, ħabaq frisk u Parmesan.

Mhux ċert/a minn fejn ser tibda? Segwi dan il-filmat ta’ kif tagħmel din ir-riċetta.

Cook along with the Video

Ara aktar r-riċetti