https://explorefishvariety.gov.mt/
Little Tunny Maltese Ftira

Ftira bil-Kubrita

Little Tunny offers a meaty, tuna-like flavour, making it a perfect, hearty alternative to canned tuna in this classic Little Tunny Maltese ftira sandwich.
  • 250g fletti tal-kubrita
  • 2 sinniet tewm
  • Ftit sagħtar jew klin
  • 2 ftajjar friski tal-Malti
  • 50g kunserva
  • Kappar għat-togħma
  • Żebbuġ għat-togħma
  • Ħabaq u nagħniegħ frisk
  • Basla ħamra, imqatta’ rqiqa
  • Żejt taż-żebbuġa ekstra verġni
  • Melħ u bżar iswed

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: 520Kcal
  • Protein: ≈ 38g
  • Fat: ≈ 24g
  • Carbohydrates: ≈ 45g
  • Fibre: ≈ 4g
  • Omega-3: ≈ 450mg

Il-Metodu

Pass numru 1

Ibda billi tħawwar il-fletti tal-kubrita bil-melħ. Minn qabel, saħħan it-taġen fuq in-nar.

Pass numru 2

Poġġi folja baking paper fuq it-taġen, u itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa ekstra verġni. Poġġi l-ħut ġot-taġen u ixwihom fuq naħa waħda sakemm jiħmaru.

Pass numru 3

Żid iż-żewġ sinniet tewm u l-ħwawar aromatiċi fit-taġen, imbagħad dawwar il-ħut biex tagħti ftit kulur lin-naħa l-oħra.

Pass numru 4

Ixgħel il-forn minn qabel fuq 180°C, u poġġi t-taġen bil-ħut għal madwar 7 minuti, jew sakemm il-ħut ikun sar.

Pass numru 5

Waqt li l-ħut qed isir, ipprepara l-ftajjar. Aqsam il-ftira min-nofs u idlikhom bil-kunserva.

Pass numru 6

Ferrex fuq il-ħobż iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Poġġi fuq il-ħobż il-kappar, iż-żebbuġ, il-basla ħamra mqatta’, u ammont sew ta’ ħabaq frisk u nagħniegħ.

Pass numru 7

Ladarba jsir, oħroġ il-ħut mill-forn u neħħi l-ħwawar u t-tewm. Qatta’ l-ħut f’biċċiet kbar u poġġih fuq il-ħobż li ppreparajt.

Pass numru 8

Agħlaq il-ftira u gawdi mill-ewwel.

Tgħallem kif issajjar din ir-riċetta tal-ħut sostenibbli bir-reqqa u b'mod sempliċi.

Ara l-filmat tat-tisjir hawn.

Ara aktar riċetti