https://explorefishvariety.gov.mt/

Aċċiola Al Cartoccio

Ipprova din ir-riċetta Mediterranja: Aċċola mħawra u msajra fil-forn.
  • 1 Aċċola
  • 4 Imgħaref Żejt taż-Żebbuġa Ekstra Verġni
  • 200g Tadam taċ-ċirasa
  • 1 Lumija
  • 1 Basla
  • 2 Sinniet Tewm
  • Tursin frisk
  • 100g Żebbuġ Iswed
  • 400g Patata Bajda
  • Żejt imħawwar bil-ħabaq għal fuq il-platt:​
  • Ħabaq frisk​
  • 200ml Żejt taż-Żebbuġa Ekstra Verġni​
  • Melħ u bżar għat-togħma​

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ≈ 895Kcal
  • Proteina: ≈ 39g
  • Xaħam: ≈ 54g
  • Fibra: ~ 1-2g

Il-Metodu

Pass numru 1

Felli għat-tul il-ħuta u naddafha. Żid il-flieli tal-lumi.

Pass numru 2

Ġo skutella, ħallat flimkien iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, it-tadam taċ-ċirasa, il-basla mqatta’, iż-żewġ sinniet tewm, it-tursin frisk u ż-żebbuġ iswed.

Pass numru 3

Transfer the Aċċiola to a tray lined with carta forno and add the bowl ingredients on top. Close and seal with foil. Add Potatoes to the dish and bake in the oven at 180°C for 20 mins and 10 mins uncovered.

Pass numru 4

Waqt li l-Aċċola tkun qed issir, ipprepara ż-żejt tal-ħabaq billi tħallat ftit ħabaq frisk, żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, u l-melħ u l-bżar skont il-gosti tiegħek.

Pass numru 5

Qaxxar il-ġilda tal-ħuta u neħħi x-xewk. Servi l-fletti tal-Aċċola bil-patata u l-ħaxix bħala kontorn u xerred ftit żejt tal-ħabaq fil-wiċċ.

Mhux ċert/a minn fejn ser tibda? Segwi dan il-filmat ta’ kif tagħmel din ir-riċetta.

Segwi u sajjar magħna waqt dan il-filmat.

Ara aktar riċetti