https://explorefishvariety.gov.mt/
Skip to content
Ammont stmat (għal kull pulpetta tal-ħut, jekk toħroġ tnax-il pulpetta żgħira)
Għalli l-patata sakemm tirtab, imbagħad għaffiġha.
Xerraħ u sajjar it-tumbrell, imbagħad qatta’ l-laħam tal-ħuta f’ biċċiet żgħar.
Qatta’ t-tewm u t-tursin frisk fin.
Fi skutella, ħallat flimkien il-patata mgħaffġa, il-ħut imsajjar, it-tewm, it-tursin, il-ġobon maħkuk, il-bajd u l-bżar iswed.
Ħallat kollox flimkien u fforma t-taħlita f’pulpetti żgħar tal-ħut.
Aqlihom f’taġen sakemm jieħdu dak il-kulur dehbi u jiġu jqarmqċu miż-żewġ naħat.
Servi billi tagħsar il-meraq ta’ lumija friska fuq il-pulpetti!
Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli. ©2026