https://explorefishvariety.gov.mt/
Fish Tacos

Quick & Simple Fish Tacos

This white fish tacos recipe is perfect for a go-to healthy, yet fun meal.
  • Fletti tal-ħut abjad (bħat-tumbrell jew il-kubrita)
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Melħ u bżar
  • Trab tal-paprika jew tal-bżar aħmar
  • Tewm mitħun
  • Tortillas żgħar (tal-qamħirrum jew tad-dqiq)
  • Slaw ta’ malajr:
  • Kaboċċa jew ħass imqatta’
  • Meraq tal-lumiċell qares
  • Melħ
  • Mhux obbligatorju: ftit żejt taż-żebbuġa
  • Għaz-zalza:
  • Yogurt Grieg + lumiċell qares + ftit melħ

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ~ 400-430 Kcal
  • Proteina: ~ 30-35g
  • Xaħmijiet: ~ 10-12g
  • Karboidrati: ~ 35-40g

Il-Metodu

Pass numru 1

Ħawwar il-ħut:
Ħawwar il-ħut biż-żejt taż-żebbuġa, bil-melħ, bil-bżar, bil-paprika, u bit-tewm.

Pass numru 2

Sajjar:
F’taġen fuq nar medju, ixwi l-ħut għal 2-3 minuta fuq kull naħa sakemm il-kulur tal-ħuta ikun dak dehbi.
Qatta’ l-ħut f’biċċiet.

Pass numru 3

Saħħan it-tortillas:
Saħħanhom f’taġen jew fil-microwave, sakemm jirtabu.

Pass numru 4

Għaqqad kollox flimkien:
It-tortilla → il-ħut → l-islaw → u z-zalza.

Din ir-riċetta hija aktar faċli milli taħseb.

Ara l-filmat tar-riċetta.

Ara aktar riċetti