https://explorefishvariety.gov.mt/
Bullet Tuna Tartare Tortilla

Bullet Tuna Tartare Tortilla with Yuzu Mayo & Avocado Purée

Bullet Tuna Tartare Tortilla with Yuzu Mayo & Avocado Purée: This recipe balances citrus, richness, and natural sweetness.
  • 300g tumbrell frisk ħafna (grad ta’ sashimi), imqatta’ fin jew imqatta’ f’dadi
  • Żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, għat-togħma
  • Melħ tal-baħar fin, għat-togħma
  • Bżar iswed jew abjad mitħun
  • 150g mayonnaise ta’ kwalità tajba
  • 1-1½ mgħaref meraq tal-yuzu, għat-togħma
  • Il-meraq ta’ 1 lumiċell qares
  • 2 avokado misjura
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • Bżar aħmar frisk, imqatta’ fin (mhux obbligatorju)
  • 4 tortillas żgħar tad-dqiq jew tal-qamħirrum
  • Cress leaves friski
  • Flieli tal-lumiċell qares

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Enerġija: ~ 410 - 460 Kcal
  • Proteina: ~ 28g
  • Xaħam: ~ 26g
  • Xaħam saturat: ~ 5-7g
  • Aċidi xaħmin omega-3: ~ 1.2-1.6g
  • Karboidrati: ~ 22g
  • Zokkor: ~ 2-3g
  • Fibra: ~ 5-6g
  • Sodju: ~ 520-650mg

Il-Metodu

Pass numru 1

Ipprepara l-ħut:
Qatta’ f’dadi jew f’biċċiet żgħar it-tumbrell. Poġġi kollox fi skutella kiesħa u żid bil-mod ftit żejt taż-żebbuġa, melħ u bżar. Għatti u kessaħ sakemm ikun hemm bżonn.

Pass numru 2

Ipprepara l-Yuzu Mayo:
Fi skutella żgħira ħallat flimkien il-mayonnaise mal-meraq tal-yuzu u mal-meraq tal-lumiċell qares sakemm it-togħma tkun ibbilanċjata sewwa. Ħawwar ftit. Ittrasferixxi t-taħlita ġo piping bag u kessaħ għal 10 minuti.

Pass numru 3

Ipprepara l-puré tal-avokado:
Ħawwad jew agħfeġ l-avokado sakemm ma jkunx fiha l-biċċiet. Żid il-meraq tal-lumi, il-melħ, u l-bżar aħmar jekk tixtieq li tużah. Duq u żid il-bżar u l-melħ skont il-gosti tiegħek. Żommu mgħotti biex ma jibdilx il-kulur.

Pass numru 4

Ixwi t-tortillas:
Saħħan taġen fuq nar medju. Poġġi t-tortillas u ixwihom għal 30-40 sekonda fuq kull naħa sakemm jiġu jqarmċu ftit. Qatta’ kull wieħed fi kwarti.

Pass numru 5

Għaqqad id-dixx:
Poġġi kuċċarina mit-taħlita tat-tumbrell fuq kull biċċa tat-tortilla. Bil-piping bag, agħmel tikek żgħar tal-avocado puré u poġġi l-yuzu Mayo fuq. Żejjen il-platt billi tpoġġi ftit cress leaves.

Pass numru 6

Servi:
Servi immedjatament waqt li t-tortillas għadhom iqarmċu, bil-flieli tal-lumiċell qares fil-ġenb.

Din ir-riċetta hija aktar faċli milli taħseb.

Ara l-filmat tar-riċetta.

Ara aktar riċetti