https://explorefishvariety.gov.mt/
Greater Amberjack with crushed pecans

Aċċola bil-ġewż Amerikan (pecan nuts) imfarrak

This recipe is for a Greater Amberjack with Crushed Pecans. It’s a sophisticated yet effortless meal that you must try.
  • L-Aċċjola
  • 2 mgħaref butir
  • 1 kuċċarina Mustarda tad-Dijon
  • 1 mgħarfa għasel
  • Daqsxejn ta’ lewż Amerikan imfarrak
  • 3 mgħaref frak tal-ħobż
  • Tursin
  • Sagħtar
  • Il-qoxra maħkuka ta’ lumija
  • Melħ u bżar

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ≈ 650-850 kcal
  • Proteina: ≈ 80-100g
  • Xaħam: ≈ 35-55g
  • Karboidrati: ≈ 15-20g
  • Xaħam saturat: ≈ 10-18g
  • Fibra: ≈ 3-5g

Il-Metodu

Pass numru 1

Ipprepara l-Aċċola billi tneħħi l-ġilda u x-xewk.

Pass numru 2

Ixxotta l-ħut u aqtgħu min-nofs, ħawwar bil-melħ tal-baħar.

Pass numru 3

Ipprepara t-taħlita tal-qoxra tal-ħuta billi tuża food processor, u ħallat flimkien il-lewż u t-tursin. Żid il-frak tal-ħobż u ħawwad kollox b’idejk. Żid il-melħ u l-bżar.

Pass numru 4

Dewweb il-butir f’taġen, neħħih minn fuq in-nar u żid il-mustarda u l-għasel.

Pass numru 5

Idlek it-taħlita tal-butir fuq il-ħuta u żid it-taħlita tal-lewż fuqha. Ħokk ftit qoxra tal-lumi fil-wiċċ.

Pass numru 6

F’forn jaħraq, sajjar għal madwar 15-il minuta fuq 210 gradi celsius.

Din ir-riċetta hija aktar faċli milli taħseb.

Ara l-filmat tar-riċetta.

Ara aktar riċetti