https://explorefishvariety.gov.mt/
Tumbrell alla Puttanesca

Tumbrell alla Puttanesca

Indulge in this vibrant, mouthwatering Italian-inspired dish: Tumbrell alla Puttanesca.
  • 400g Tumbrell (Bullet Tuna)
  • 3 mgħaref Żejt taż-Żebbuġa Ekstra Verġni
  • 4 sinniet Tewm, imqatta’ rqiq
  • 6 fletti tal-Inċova fiż-żejt
  • 1 kuċċarina Bżar Aħmar frisk
  • 500g Tadam imqatta’ f’biċċiet żgħar
  • 100g Żebbuġ Iswed mingħajr l-għadma
  • 30g Kappar
  • 250g Għaġin Spagetti
  • Tursin frisk

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ≈ 1210 – 1310Kcal
  • Proteina: ≈ 118 - 128g
  • Xaħam: ≈ 70g
  • Karobidrati: ≈ 95g

Il-Metodu

Pass numru 1

Ibda billi f’taġen issaħħan iż-żejt taż-żebbuġa u żid it-tewm, l-inċova, il-bżar aħmar, it-tadam, iż-żebbuġ iswed u l-kappar. Ħalli t-taħlita ttektek għal 20 minuta.

Pass numru 2

Waqt li z-zalza tkun qed ittektek, ħawwar il-fletti tat-Tumbrell u aqlihom f’taġen fuq nar għoli għal 2 minuti fuq kull naħa.

Pass numru 3

Għalli l-għaġin al dente u żidu fit-taġen ma’ daqsxejn tursin.

Pass numru 4

Servi l-għaġin bil-fletti tat-Tumbrell fuqu, b’ħarira żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ.

Ara kif tipprepara dan il-platt tal-ħut nutrittiv b’metodi sempliċi u pprattikati minn kulħadd

Segwi l-filmat tar-riċetta

Ara aktar riċetti