https://explorefishvariety.gov.mt/
Bullet Tuna Ceviche

Ceviche tat-Tumbrell

Although this Bullet Tuna Ceviche recipe is simple & does not require complicated cooking, the Bullet Tuna is transformed into a mouth-watering dish.
  • L-Immarinar:
  • ¼ kikkra meraq tal-cranberry
  • Meraq tal-lumiċell qares
  • Meraq ta’ larinġa lokali
  • Il-Ħuta u l-ingredjenti l-oħra:
  • 1 Tumbrell, ifflettjat u mqatta’ rqiq
  • ¼ basla ħamra mqatta’ rqiqa
  • ½ larinġa lokali mqatta’ f’kubi
  • 1 bżar aħdar żgħir imqatta’
  • Weraq tal-ħabaq
  • Weraq tan-nagħniegħ
  • Melħ
  • Żejt taż-żebbuġa

Il-Valur Nutrizzjonali (għal kull porzjon)

  • Kaloriji: ≈ 280–450 kcal
  • Proteina: ≈ 45-65g
  • Xaħam: ≈ 8-25g
  • Karboidrati: ≈ 15-25g
  • Sodju: ≈ 200-350mg

Il-Metodu

Pass numru 1

Ibda billi tħallat il-meraq taċ-ċitru msemmi kollu flimkien u ħallih joqgħod.

Pass numru 2

Qatta’ l-ħut u poġġih fuq il-platt. Fil-wiċċ, qiegħed il-basla mqatta’ rqiqa, il-kubi tal-larinġ, il-bżar aħmar imqatta’, il-weraq tal-ħabaq u tan-nagħniegħ, u l-melħ ħalli tagħti t-togħma.

Pass numru 3

Ferra’ t-taħlita u ftit żejt taż-żebbuġa fuq kollox.

Pass numru 4

Servih u kulu fi żmien 10 u 15-il minuta bil-ħobż Malti mixwi.

Ara kif tipprepara dan il-platt tal-ħut nutrittiv b’metodi sempliċi u pprattikati minn kulħadd

Segwi l-filmat tar-riċetta

Ara aktar riċetti