Stikek tal-kebab bl-Aċċola u l-kuskus stil Mediterranju
Gawdi t-togħma awtentika tal-Mediterran b’biċċiet rotob tal-aċċola mmarinati bil-lumi, bit-tewm u ħxejjex aromatiċi friski oħra. Ġol-istikek tal-kebab, flimkien mal-aċċola, hemm biċċiet tal-bżar ħelu, qarabagħli u t-tadam ċirasa. Kollox ser jissajjar fuq il-grilja biex jieħu dik it-togħma affumikata u wara jiġu servuti fuq kontorn ta’ kuskus ħafif u mħawwar bil-ħxejjex aromatiċi, bi ftit lewż mixwi iqarmeċ fil-wiċċ.