https://explorefishvariety.gov.mt/
Fish and Chips

Ħut u patata moqlija, biz-zalza tal-għasel Sriracha

-
  • 2 fletti tal-aċċola
  • 1 kuċċarina paprika
  • 1 kuċċarina tewm midħun
  • ½ kikkra dqiq abjad
  • Ftit melħ
  • 1 mgħarfa trab tal-ħami
  • 1 bajda, mħabbta
  • ¾ kikkra frak tal-ħobż
  • 2 mgħaref għasel
  • 1½ mgħaref taz-zalza Sriracha
  • Ponn żerriegħa tal-ġulġlien
  • Kaloriji ~ 560Kcal
  • Proteina ~ 45g
  • Karboidrati ~ 73g
  • Zokkor ~ 22g
  • Xaħam ~ 10g
  • Fibra ~ 3.5g

Metodu

Pass numru 1

Poġġi l-ħut fuq il-biċċiet tal-karti tal-kċina biex tixxuttahom u tneħħi kwalunkwe likwidu żejjed li jaf ikollhom.

Pass numru 2

Iksi l-ħut fid-dqiq imħawwar, imbagħad għaddihom fil-bajda, u fl-aħħar iksihom bil-frak tal-ħobż.

Pass numru 3

Aħmi (jew aqli fl-air-fryer) f’temperatura ta’ 180 °C għal madwar 25 minuta, jew sakemm il-ħut jissajjar kollu u l-kisja tieħu kulur dehbi.

Pass numru 4

Ipprepara z-zalza u iksi l-ħut bit-taħlita eżatt qabel ma sservi. Servi ma’ xi kontorn, bħal eżempju porzjon ta’ patata moqlija.

Mhux ċert/a minn fejn ser tibda? Segwi dan il-filmat ta’ kif tagħmel din ir-riċetta.

Cook along with the Video

Ara aktar r-riċetti