https://explorefishvariety.gov.mt/
Greater Amberjack Poké Bowl

Poké Bowl bl-Aċċola

-
  • 1 tazza ross tas-sushi
  • 1¼ kikkri ilma
  • 2 mgħaref rice vinegar
  • 1 mgħarfa zokkor
  • ½ kuċċarina melħ
  • 250-300g aċċola friska, mxerrħa, bil-ġilda mneħħija u mqatta’
  • 2 mgħaref soy sauce
  • Il-meraq ta’ ½ lumiċell
  • ½ kuċċarina wasabi
  • ½ kuċċarina paste tal-ġinġer
  • ½ ħjar, imqatta’ f’kubi jew biċċiet irqaq
  • 8-10 tadam taċ-ċirasa, imqatta’ min-nofs
  • Ftit weraq tal-kosbor, frisk
  • ½ bżaru aħdar, biż-żerriegħa mneħħija u mqatta’ rqiq
  • 2 mgħaref basal moqli u jqarmeċ
  • Kaloriji: ~ 490Kcal
  • Proteina ~ 28g
  • Karboidrati ~ 78g
  • Zokkor ~ 9g
  • Xaħam ~ 7g
  • Fibra ~ 3g

Metodu

Pass numru 1

Sajjar ir-ross tas-sushi skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Waqt li r-ross ikun għadu sħun, żid ftit ftit ir-rice vinegar, iz-zokkor, u l-melħ sakemm jitħallat kollox. Ferrex u iftaħ ir-ross ħalli jiksaħ.

Pass numru 2

Ħallat is-soy sauce, il-meraq tal-lumiċell, il-wasabi, u l-paste tal-ġinġer fi skutella. Żid l-aċċola imqatta’ u ħallat kollox bil-mod sakemm il-ħuta titħallat sew mat-taħlita. Ħalli kollox jimmarina fil-friġġ għal madwar 10-15-il minuta.

Pass numru 3

Qassam ir-ross fiż-żewġ skutelli.

Pass numru 4

Poġġi l-ħjar, it-tadam taċ-ċirasa, il-kosbor frisk, u l-bżar aħmar imqatta’ fuq ir-ross.

Pass numru 5

Qiegħed porzjon mill-aċċola mmarinata f’kull skutella, u roxx mgħarfa mit-taħlita tal-immarinar fuq il-ħuta.

Pass numru 6

Roxx il-basal moqli u jqarmeċ u servi minnufih.

Mhux ċert/a minn fejn ser tibda? Segwi dan il-filmat ta’ kif tagħmel din ir-riċetta.

Cook along with the Video

Ara aktar r-riċetti