https://explorefishvariety.gov.mt/
Bullet Tuna Fish Cakes

Pulpetti tal-ħut bit-Tumbrell

-
  • Tumbrell frisk (imxerraħ)
  • 2 Patatiet
  • 1 bajda, kbira
  • Ġobon maħkuk
  • Tursin frisk
  • Tewm
  • Bżar iswed
  • Lumija biex isservi

Ammont stmat (għal kull pulpetta tal-ħut, jekk toħroġ tnax-il pulpetta żgħira)

  • Kaloriji: 105-125Kcal
  • Proteina: 10-12g
  • Xaħam: 5-7g
  • Karboidrati: 3-5g
  • Fibra: 0.2-0.5g
  • Zokkor: 0.2-0.5g

Metodu

Pass numru 1

Għalli l-patata sakemm tirtab, imbagħad għaffiġha.

Pass numru 2

Xerraħ u sajjar it-tumbrell, imbagħad qatta’ l-laħam tal-ħuta f’ biċċiet żgħar.

Pass numru 3

Qatta’ t-tewm u t-tursin frisk fin.

Pass numru 4

Fi skutella, ħallat flimkien il-patata mgħaffġa, il-ħut imsajjar, it-tewm, it-tursin, il-ġobon maħkuk, il-bajd u l-bżar iswed.

Pass numru 5

 Ħallat kollox flimkien u fforma t-taħlita f’pulpetti żgħar tal-ħut.

Pass numru 6

Aqlihom f’taġen sakemm jieħdu dak il-kulur dehbi u jiġu jqarmqċu miż-żewġ naħat.

Pass numru 7

Servi billi tagħsar il-meraq ta’ lumija friska fuq il-pulpetti!

Mhux ċert/a minn fejn ser tibda? Segwi dan il-filmat ta’ kif tagħmel din ir-riċetta.

Cook along with the Video

Ara aktar r-riċetti